Jum Zamenhof
Jum Zamenhof (bl-Esperanto: Zamenhofa Tago, bil-Pollakk: Dzień Zamenhofa), imsejjaħ ukoll Jum il-Kotba bl-Esperanto[1], jiġi ċċelebrat fil-15 ta' Diċembru, jum twelid il-ħallieq tal-Esperanto Ludwik Lejzer Zamenhof. Huwa l-iżjed jum iċċelebrat fil-kultura tal-Esperanto. F'dan il-jum, l-Esperantisti jorganizzaw sessjonijiet ta' tagħrif u avvenimenti kulturali biex jippromwovu l-letteratura bl-Esperanto.[2]
L-istorja taċ-ċelebrazzjoni tal-Esperanto f'jum twelid Zamenhof tmur lura għas-17 ta' Diċembru 1878, meta waqt festin ta' għeluq snin Zamenhof (meta għalaq 19-il sena), huwa ppreżenta l-Lingwe uniwersala lil sħabu, li kienet l-ewwel verżjoni tal-lingwa internazzjonali tiegħu. Sal-1887, din il-lingwa kienet evolviet f'dik li issa hija magħrufa bħala l-Esperanto, meta huwa ppubblika l-Unua Libro (L-Ewwel Ktieb). Il-15 ta' Diċembru qabel kien magħruf ukoll bħala Jum l-Esperanto[3], iżda issa dan il-jum jiġi ċċelebrat minflok fis-26 ta' Lulju, fl-istess jum meta ġie ppubblikat l-Unua Libro.[4][5] Mill-1927 'il quddiem, il-15 ta' Diċembru beda jiġi ċċelebrat fi ħdan il-moviment tal-Esperanto bħala Jum il-Kotba bl-Esperanto, peress li hija drawwa li jinxtara ktieb ġdid dwar l-Esperanto għal dik l-okkażjoni.[6][7]
150 anniversarju tat-twelid ta' Zamenhof
[immodifika | immodifika s-sors]Fil-15 ta' Diċembru 2009 ġie ċċelebrat il-150 anniversarju tat-twelid ta' Zamenhof, u kien hemm diversi avvenimenti x'jiġu ċċelebrati. Dakinhar, l-awtoritajiet fir-raħal tiegħu ta' Białystok, il-Polonja, fetħu Ċentru ġdid ta' Zamenhof[8], u simpożju f'ġieħ Zamenhof ġie organizzat fil-Belt ta' New York, l-Istati Uniti, b'taħditiet minn Arika Okrent u Humphrey Tonkin fost professuri oħrajn.[9]
F'dak il-jum ukoll, il-magna tat-tiftix Google, ħejjiet verżjoni speċjali tal-logo tagħha (Doodle) bi 33 lingwa nazzjonali (iżda mhux dak internazzjonali bl-Ingliż), b'bandiera tal-Esperanto għall-okkażjoni[10][11], li ġġenerat, fost it-30 l-ikbar lingwi tal-Wikipedija, 1,750,000 page view tal-artikli dwar "Ludwik Lejzer Zamenhof".[12]
Referenzi
[immodifika | immodifika s-sors]- ^ "Zamenhof-Day / Esperanto Book Day, 15 December | Zamenhof-Tago - Esperanta Libro-Tago". www.linguistic-rights.org. Miġbur 2023-04-14.
- ^ "china radio international". esperanto.cri.cn. Miġbur 2023-04-14.
- ^ "Esperanto Day at Google | Esperanto-USA". web.archive.org. 2009-12-18. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2009-12-18. Miġbur 2023-04-14.
- ^ Boulton, Marjorie. Zamenhof, Aǔtoro de Esperanto. La Laguna : J. Régulo, 1962. (bl-Esperanto).
- ^ "Yahoo!グループ : VEL-projekto 掲示板 : 1547件中 1363-1377件目を表示". web.archive.org. 2012-04-25. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2012-04-25. Miġbur 2023-04-14.
- ^ World, Special to People’s (2015-12-15). "Today in history: How will you celebrate Zamenhof (aka Esperanto) Day?" (bl-Ingliż). Miġbur 2023-04-14.
- ^ "The Man who Hoped: Celebrating Esperanto Book Day". blogs.bl.uk (bl-Ingliż). Miġbur 2023-04-14.
- ^ "Esperanto Today | Esperanto-USA". web.archive.org. 2009-12-26. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2009-12-26. Miġbur 2023-04-14.
- ^ "Google Sites: Sign-in". accounts.google.com. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2023-04-14. Miġbur 2023-04-14.
- ^ "LL Zamenhof Honored By Google - Huliq" (bl-Ingliż). 2009-12-18. Miġbur 2023-04-14.
- ^ Redakcio. "Google festas la Zamenhof-tagon — Libera Folio". www.liberafolio.org (bl-Esperanto). Miġbur 2023-04-14.
- ^ "La Ondo de Esperanto. 2010: 2". web.archive.org. 2011-05-14. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2011-05-14. Miġbur 2023-04-14.